NationalistHealth2026-05-02

Construction of a new 400-bed general hospital in Gozo

PN proposes building a new 400-bed general hospital in Gozo at a cost of €350 million, to be designed immediately as part of the national hospital network. The facility would include the latest medical technology and a helipad near the emergency department.

89% positive9 reactions

Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Kap tal-PN Alex Borg iħabbar sensiela ta’ proposti għal Għawdex fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-infrastruttura, il-kultura, id-diżabbiltà u l-konnettività Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti Nifs ġdid lil Għawdex u lill-Għawdxin, jiżgura li Għawdex ma jibqax afterthought u jindirizza d-diffikultajiet tal-Għawdxin biex jassigura illi li tgħix jew taħdem f’Għawdex ma jibqax żvantaġġ, imma jsir vantaġġ. Dwar dan tkellem dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta f’konferenza tal-aħbarijiet barra l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex elenka l-pjan ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista għal Għawdex – pjan li jinkludi fost l-oħrajn il-bini ta’ sptar ġenerali ġdid li ilu jiġi mwiegħed is-snin lill-Għawdxin mill-Gvern Laburista, imma qatt ma twettaq. Il-Kap tal-PN tkellem dwar l-isfida tal-aċċessibbiltà u qal li rridu niżviluppaw sistema li tgħaqqad lil Għawdex mal-kumplament ta’ Malta mill-aspetti kollha biex Għawdex ikun fiċ-ċentru tal-ħsieb tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż kollu. Hu spjega kif Għawdex illum għadu jġorr il-piż tad-distanza – realtà li tfisser li l-familji jitilfu ħin prezzjuż jivvjaġġaw, negozji jġorru spejjeż ogħla u żgħażagħ li jħossuhom imġiegħla jitilqu mill-gżira biex jilħqu l-aspirazzonijiet tagħhom. Għaldaqstant, permezz ta’ sistema integrata li tgħaqqad trasport effiċjenti, soluzzjonijiet diġitali u livell ta’ awtonomija mibni fuq l-istatus ta’ reġjun, Għawdex jibda jiffunzjona bħala parti integrali mill-pajjiż. Dan kollu b’għan ċar u konkret – li persuna li tgħix Għawdex ikollha l-istess aċċess, bl-istess kwalità u fl-istess ħin, bħal min jgħix Malta. Ikun biss meta jintlaħaq dan l-għan li nkunu nistgħu nibdew nitkellmu dwar Għawdex, fejn is-suġġett tad-diskussjoni ma tkunx l-insularità doppja imma Għawdex bħala reġjun li jattira, joħloq u jixpruna opportunitajiet ġodda mhux biss għall-Għawdxin, imma għall-pajjiż kollu. Fid-dawl ta’ dan, il-Kap tal-PN ħabbar numru ta’ proposti konkreti li l-PN qed iwiegħed li jwettaq għal Għawdex – proposti li huma fost xejn inqas minn 110 proposti li l-PN se jkollu għal Għawdex fil-programm elettorali: Sptar ġdid ta’ 400 sodda li jibda jitfassal b’mod immedjat bħala parti min-netwerk nazzjonali b’investiment ta’ €350 miljun, mgħammar bl-aqwa teknoloġija u standards tal-kura, b’helipad qrib l-Emerġenza Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Belt Victoria jibqa’ miftuħ 24 siegħa kuljum biex l-Għawdxin jinqdew aħjar Nagħmlu minn Għawdex reġjun verament wara li nressqu Mozzjoni fil-Parlament biex Għawdex jingħata darba għal dejjem dan l-istatus li jista’ jippermetti li Għawdex ikollu aċċess speċifiku għal fondi Ewropej Flotta ta’ vapuri ġodda tal-Gozo Channel b’vapur għall-passiġġieri u ieħor għall-ġarr tal-merkanzija, b’dak tal-passiġġieri jibda jaħdem fl-2029 u jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà waqt li jinkludi wkoll calming rooms li għandhom isiru fil-vapuri kollha, anke dawk eżistenti. Jieqaf jopera n-Nikolaos. Inkabbru l-Port tal-Imġarr li sar żgħir wisq, b’parkeġġ adegwat, wara konsultazzjoni mal-istakeholders, NGOs, negozji, operaturi tad-dgħajjes tat-turisti u s-sajjieda. Wara nibdew inħarsu lejn il-Port taċ-Ċirkewwa b’investiment fis-South Quay u parkeġġ akbar. Proġett b’investiment ta’ €7 miljun Titjib tal-konnettività bejn il-portijiet – fl-ewwel sena tal-leġiżlatura jerġa’ jibda jaħdem is-servizz tal-merkanzija lejn il-Port il-Kbir u l-Freeport u l-MV Gaudos jiġi mgħammar b’hoistable decks bħall-vapuri l-oħra Fast Ferry aktar komdu b’żieda fil-frekwenza tal-vjaġġi u b’servizz kull nofsiegħa fil-peak hours, li jkompli wara nofsillejl fil-weekends u b’shuttle service meta jkun hemm avvenimenti u kunċerti qrib jew fil-Belt Valletta Trasport pubbliku li jaqdik b’servizz li jkun jaħdem kollu bl-enerġija elettrika, ikun aktar aċċessibbli u frekwenti u jilħaq aktar irħula Għawdxin u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Nibnu l-Breakwater ta’ Marsalforn – wegħda li baqgħet fuq il-karta minkejja li ilha tiġi mwiegħda minn dan il-Gvern Inwettqu 150km ta’ toroq arterjali u residenzjali f’ħames snin biex nirranġaw is-sitwazzjoni diżastruża tat-toroq f’Għawdex, b’dawk residenzjali jiġu identifikati mill-kunsilli lokali Noħolqu Fond Għawdxi ta’ €9 miljuni għat-teatri u ċ-ċentri kulturali biex ikunu jistgħu jtejbu l-faċilitajiet tagħhom u biex nindirizzaw l-isfida tal-produzzjonijiet fir-rebbiegħa u fis-sajf. Dan il-fond jgħin għar-restawr, l-espansjoni u t-titjib jew bini mill-ġdid tal-faċilitajiet u jgħin biex nattiraw turiżmu ta’ kwalità aktar milli ta’ kwantità. Il-Gvern jipprovdi wkoll servizz ta’ konsulenza professjonali b’xejn għal dawn il-postijiet biex jgħinhom iħejju applikazzjonijiet, pjani ta’ finanzjament u dokumentazzjoni teknika anke biex jattiraw fondi mill-UE Ngħollu l-grant tal-istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta għal €400 fix-xahar biex inkopru ż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet f’Malta u ż-żieda tal-għoli tal-ħajja li teffettwa wkoll lil dawn l-istudenti li jkunu jgħixu waħidhom f’Malta Noħolqu fond speċjali ta’ €2 miljuni biex jiġu ristrutturati jew mibnija b’mod sigur u modern ċentri ta’ faċilitajiet għaż-żgħażagħ. Nidentifikaw postijiet biex jiġu upgraded u jsiru ċentri moderni taż-żgħażagħ adegwati għad-dinja tal-lum Nirrivoluzzjonaw l-operat tal-kampus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex biex joffri fih aktar korsijiet, speċjalment fl-oqsma STEAM. Naraw li dan joħloq alleanzi mas-settur privat u jaħdem biex jattira konferenzi, events, riċerka, living labs, academic writing retreats u oqsma oħra lejn Għawdex. Ninvestu biex aktar studenti jkunu jistgħu jkomplu bil-lectures f’Għawdex meta jkun il-maltemp Noffru aktar faċilitajiet għas-settur ta’ diżabbiltà f’Għawdex, inkluż bl-estensjoni tal-iskola f’Ta’ Sannat li fi żmien sentejn ikollha faċilità ta’ hydrotherapy pool u sensory open space Alex Borg temm jgħid li b’dawn il-proposti, Gvern ġdid immexxi minnu jagħti aċċessibbiltà lil Għawdex f’kull sens – fiżika, politika, diġitali, fis-saħħa u fl-edukazzjoni. Dan huwa Għawdex ta’ għada, Għawdex b’Nifs Ġdid. 02.05.2026

Read the original release at pn.org.mt/nifs-gdid-ghal-ghawdex-u-l-ghawdxin/

SponsoredBrain.mt