Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
Il-Prim Ministru jħabbar li Gvern ġdid Laburista se jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa mentali Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar sensiela ta’ proposti biex tissaħħaħ is-saħħa mentali f’pajjiżna, bħala parti mill-manifest tal-Partit Laburista ‘Int Malta: Il-ħolma tiegħek, il-proġett tagħna’. Il-proposti jinkludu aktar investiment u tisħiħ fis-servizzi offruti lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, fosthom dak tal-Crisis Resolution Home Treatment, li jipprovdi assistenza lil persuni li jiffaċċjaw diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali direttament fid-djar tagħhom.

Read the original release at one.com.mt/il-prim-ministru-jhabbar-li-gvern-gdid-laburista-se-jsahhah-is-servizzi-tas-sahha-mentali/

SponsoredBrain.mt