Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
Anzjani li se jbigħu darhom biex jixtru proprjetà iżgħar mhux se jħallsu t-taxxa tal-boll Anzjani li jiddeċiedu jbigħu d-dar tagħhom biex jixtru proprjetà iżgħar bħall-first-time buyers, mhux se jħallsu t-taxxa tal-boll. Din il-kategorija ta’ persuni, bi Gvern ġdid Laburista, se jkun meqjusa ukoll first time buyers fejn tidħol it-taxxa tal-boll. Dan tħabbar mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, f’intervista li kellu fil-Mellieħa, bħala parti mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju li ġej.

Read the original release at one.com.mt/anzjani-li-se-jbighu-darhom-biex-jixtru-proprjeta-izghar-mhux-se-jhallsu-t-taxxa-tal-boll/

SponsoredBrain.mt