Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
“Gvern Laburista li joffri stabbiltà, serħan il-moħħ u direzzjoni” – il-PM “Gvern Laburista joffri stabbiltà, serħan il-moħħ u direzzjoni.” Aċċenna għal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien fuq il-podcast tal-Partit Laburista ‘Isma’ Dean’. REKLAM SKROLLJA BIEX TKOMPLI Il-Prim Ministru tenna li l-Partit Laburista jibqa’ jaħdem u jiġi ispirat minn dak li jisma’ mill-esperjenzi tan-nies u l-enerġija taż-żgħażagħ li għandhom viżjoni għal dan il-pajjiż. Hawn aċċenna kemm hu importanti Ii jkollok idejk fuq il-polz tal-poplu u tkun tista’ tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. “Kruċjali li kulħadd jibqa’ jikkonvinċi l-messaġġ tagħna; kull wieħed u waħda minna lil dawk li forsi għadhom indeċiżi, li għadhom iridu jifhmu iżjed il-proposti differenti tagħna. Ejja, ħalli nibqgħu b’sens ta’ umiltà qawwi, nikkonvinċu lin-nies li l-pjan tagħna, Int Malta, għall-futur ta’ Malta — aqwa, eħfef u iktar faċli biex tgħix fiha — huwa wieħed fattibbli. Huwa wieħed li ħa jikkontribwixxi għall-wellbeing tal-poplu tagħna, u għalhekk kruċjali illi nibqgħu naħdmu biex nikkonvinċu lin-nies.” Il-Prim Ministru Robert Abela Il-Prim Ministru tkellem dwar kif il-qagħda tal-ekonomija baqgħet tissaħħaħ f’dawn l-aħħar sitt snin minkejja l-isfidi internazzjonali u llum qegħdin f’qagħda li nkomplu nqassmu lin-nies, fost l-oħrajn bil-proposta tas-super bonus ta’ elf ewro kull sena lil kull ħaddiem f’pajjiżna. Dr Abela qal kif ma tistax twiegħed kollox lil kulħadd mingħajr pjan ċar li jmur id f’id mal-Kummissjoni Ewropea. Dan fi sfond li l-Partit Nazzjonalista għamel żball kbir fil-proposta tat-tnaqqis tat-taxxa, żball ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fi spiża. Hawn il-Prim Ministru tkellem dwar il-kredibilità mal-poplu Malti u Għawdxi u min għandu l-esperjenza u l-kompetenza li jmexxi l-finanzi ta’ dan il-pajjiż. Huwa qal kif il-Partit Laburista mhux qed jaqa’ fil-popoliżmu ta’ ħaddieħor u mhux se jwiegħed affarijiet li ma jistawx jittwettqu, anzi li jwiegħed Gvern Laburista, ikun jaf li jista’ jwettaqha. “Għalhekk terġa’ ddur lura għall-kwistjoni tal-kredibilità, s-serjetà u l-onestà mal-poplu. Jiġifieri inti għidt li miżura li ma tistax titwettaq, jumejn wara għidt li trid iżżid fuqha, imma meta tara kif ħadmuha u l-mess totali illi għamlu, lanqas kienu kapaċi sempliċiment kalkolu korett tal-costing, għidli kif huma kompetenti li jżommu ekonomija għaddejja biex isostni dak li huma f’moħħhom għandhom ta’ €110 miljuni, imma fil-verità huwa ta’ mill-inqas €360 miljun. U kif kapaċi jibbilanċjaw il-kotba tal-finanzi tal-pajjiż meta qegħdin immexxija min-nuqqas ta’ kompetenza sħiħa.” Il-Prim Ministru Robert Abela B’rabta ma’ x’jixtieq għall-ekomonija Maltija fil-futur, Dr Abela sostna kif ekonomiji ewropej qegħdin jotru u l-ekomonija f’pajjiżna tibqa’ tissaħħaħ u issa wasal li tmur għal-livell li jmiss. Hawn fakkar fl-investiment massiċċ tal-MedTech bil-kumpanija Vantive li se tkun qed iġġib 250 impjieg ġdid ta’ kwalità f’pajjiżna u se tkompli ttejjeb il-ħajja tal-Maltin u Għawdxin fosthom fil-qasam tal-mard tal-kliewi. Hawn semma wkoll il-ħemel ta’ proposti li jinsabu fil-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ b’rabta mad-diġitalizzazzjoni u l-Intelliġenza Artfiċjali.

Read the original release at one.com.mt/gvern-laburista-li-joffri-stabbilta-serhan-il-mohh-u-direzzjoni-il-pm/

SponsoredBrain.mt