Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
MANIFEST PL: Aktar parkeġġi, Park-and-Rides u skemi għar-residenti F'konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, ħabbar sensiela ta’ proposti ġodda mill-manifest elettorali ‘Int Malta – Il-Ħolma tiegħek… Il-Proġett tagħna’ relatati mat-trasport u l-infrastruttura, b’enfasi wkoll fuq il-parkeġġi. Il-Prim Ministru qal li bħalissa għaddejjin diversi inizzjattivi biex jiżdiedu l-ispazji ta’ parkeġġ, filwaqt li spjega li f’ċerti proġetti ta’ spazji miftuħa qed jiġi adottat mudell fejn il-parkeġġ jinbena taħt l-art sabiex il-parti ta’ fuq tibqa’ disponibbli għall-pubbliku.

Read the original release at one.com.mt/manifest-pl-aktar-parkeggi-park-and-rides-u-skemi-ghar-residenti/

SponsoredBrain.mt