LabourHealth2026-05-04

BMI Screening Programme in Schools to Tackle Childhood Obesity

Labour proposes to launch a national BMI screening programme in schools to identify children at risk of obesity from an early age. Children flagged by the programme would be referred to a professional who, together with parents, would design a personalised plan including a balanced diet and physical activity programme.

56% positive9 reactions

Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
Il-Prim Ministru jħabbar tliet proposti favur soċjetà aktar sportiva Gvern Laburista ġdid se jaħdem favur soċjetà li tkun aktar sportiva u aktar b’saħħitha. F’attività taħt it-tinda, f’Santa Venera, il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar tliet proposti għal dan il-għan.   REKLAM SKROLLJA BIEX TKOMPLI Dan hekk kif se jitnieda programm ġdid ta’ screening tal-BMI fl-iskejjel, bil-għan li titnaqqas l-obeżità fost it-tfal u dan se jwassal biex dawk il-każijiet jiġu identifikanti minn ta’ età żgħira. Ġie spjegat li permezz ta’ dan il-programm, tfal li jkunu f’riskju ta’ obeżità se jiġu riferuti għand professjonist biex, flimkien mal-ġenituri tagħhom, fejn jitfassal programm speċjalizzat, li jinkludi dieta bilanċjata u programm ta’ attività fiżika adattat. Proposta oħra hi li tissaħħaħ l-għajnuna lill-familji biex aktar tfal jipparteċipaw f’attivitajiet ekstrakurrikulari. Ir-rifużjoni tat-taxxa għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi u kulturali se tiżdied b’€100, biex tilħaq massimu ta’ €400 fis-sena. “Hemm dik l-iskema l-oħra li konna ħabbarna żmien ilu fejn ikun hemm rifużjoni tat-taxxa ta’ €300 għal min imur attività ekstrakurrikulari, allura din għalxiex ma tiġix imwessgħa iżjed, u jien meta n-nies għandhom raġun ngħatulhom u nwieġeb billi ngħatihom sodisfazzjon, u allura dik ir-rifużjoni tat-taxxa minn tlieta se ntellawha għal €400 u se nwessa’ biex tinkludi attivitajiet extra kurikulari u attivitajiet sportivi, u attivitajiet ta’ arti u kultura ukoll.” IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA Din ir-rifużjoni se tiġi estiża wkoll biex tinkludi aktar attivitajiet sportivi, fosthom dawk offruti minn akkademji tal-futbol u dixxiplini oħra bħal hybrid training, bil-għan li jiżdied l-aċċess u l-parteċipazzjoni tat-tfal fl-isport. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll titjib fl-għajnuna għall-atleti professjonali li jirrappreżentaw lil Malta barra minn xtutna. Dawn mhux se jibqgħu jagħmlu użu mil-leave personali biex jikkompetu, hekk kif l-isports leave għal dawk li jaħdmu fis-settur privat, se jitla’ għal għaxart ijiem, meta jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet organizzati minn federazzjonijiet Ewropej jew dinjija. “Issa qegħdin naraw dak li jaħdmu fis-settur privat u allura hemmhekk fejn se nkunu qed nintroduċu għaxart ijiem ta’ sport leave għal dawk li jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali fuq livell organizzattiv ta’ assoċjazzjoni ewropea jew dinjija biex nibqgħu nippromwovu attività sportiva ta’ livell għoli.” IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA Hawnhekk Dr Abela tkellem dwar l-importanza tal-attività fiżika, flimkien mas-saħħa mentali u semma kif Gvern Laburista ġdid se jibda sptar iddedikat għal dan ħdejn l-Isptar Mater Dei. Il-Prim Ministru fakkar fil-proposta li ħabbar it-Tnejn filgħodu, dik li se jingħata l-bonus ta’ €1,000 fis-sena lill-ħaddiema kollha full-time. Hawnhekk sostna li dawn se jingħataw lis-self-employed, dawk singoli u mhux se jkunu ntaxxati. “Imnaqqsa mit-taxxa kompletament. Staqsewni imma s-self-employed se jkunu qed jirċevuhom? Dażgur li se tkunu qegħdin tirċevuhom. Staqsewni s-singles jekk hux se jkunu qed jirċevuhom. Dażgur li se tkunu qed tirċevuhom għax intom ħaddiema wkoll, li bil-bżulija tagħkom dan il-pajjiż qed jibqa’ jaħrab ‘il quddiem u għandu l-aqwa ekonomija fl-Ewropa. Grazzi għalikom.” IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA

Read the original release at one.com.mt/il-prim-ministru-jhabbar-tliet-proposti-favur-socjeta-aktar-sportiva/

SponsoredBrain.mt