LabourHousing & Planning2026-05-04

Gradual two-year phase-out of rent benefit for those no longer eligible

Labour proposes a transition incentive for recipients of the housing rent subsidy who become ineligible due to increased income after a biennial review. Rather than losing the benefit immediately, they would see it reduced gradually over two years.

70% positive10 reactions

Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
Il-benefiċċju fuq il-kera se jibda jonqos gradwalment fuq sentejn għal min ma jibqax eleġibbli Dalgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar sett ieħor ta’ miżuri b’rabta mal-housing u l-għajnuna socjali, bil-għan li persuni jkunu jistgħu javvanzaw mingħajr ma jitilfu l-appoġġ. Dan bħala parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista, bit-tema "Int Malta – Il-Ħolma Tiegħek, il-Proġett Tagħna". Fost il-miżuri mħabbra se jkun hemm reviżjoni fl-iskema tal-benefiċċju tal-housing, relatata mas-sussidju fuq il-kirjiet. Ġie spjegat li dawk l-applikanti li wara r-reviżjoni ta’ dħul kull sentejn ma jibqgħux eliġibbli għall-iskema minħabba li d-dħul tagħhom ikun żdied aktar limitu stipulat, se jingħataw inċentiv ta’ tranżizzjoni biex ma jitilfux l-għajnuna minnufih.

Read the original release at one.com.mt/il-beneficcju-fuq-il-kera-se-jibda-jonqos-gradwalment-fuq-sentejn-ghal-min-ma-jibqax-elegibbli/

SponsoredBrain.mt