Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
MANIFEST PL: Bonus ta’ €1,000 fis-sena għall-ħaddiema kollha full time Waqt li ħabbar iżjed proposti bħala parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista, bit-tema ‘Int Malta – Il-Ħolma Tiegħek, Il-Proġett Tagħna’, bl-enfasi tkun fuq il-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tenna li “mhemmx benessere jekk ma ninvestux direttament fin-nies”. Fil-fatt, waqt konferenza flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u d-Deputata Ramona Attard, il-Prim Ministru ħabbar li kull ħaddiem Malti u Għawdxi se jibda jingħata bonus ta’ €1,000 kull sena.

Read the original release at one.com.mt/manifest-pl-sostenn-akbar-lill-haddiema-bbonus-ghall-bzulija/

SponsoredBrain.mt