Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
“KAPTAN LI KAPAĊI JMEXXI BĦAL ROBERT ABELA” – JO ETIENNE ABELA WAQT L-ATTIVITÀ POLITIKA TAL-PL FIS-SIĠĠIEWI “Intom tridu kaptan li kapaċi jmexxi waqt il-maltemp, kaptan kapaċi bħal Robert Abela”. Dan intqal mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u kandidat f’isem il-Partit Laburista, Jo Etienne Abela, waqt l-attività politika tal-Partit Laburista fis-Siġġiewi. Huwa qal li pajjiżna bħalissa jinsab f’salib it-toroq, bil-poplu Malti u Għawdxi għandu jagħmel għażla fit-30 ta’ Mejju li ġej. Abela qal li pajjiżna għandu jinvesti f’futur solidu, mibni fuq l-ideat u l-bżulija taċ-ċittadin. Hawnhekk fejn semma li dan huwa garantit biss mill-Partit Laburista. Huwa qal li fl-aħħar snin, Gvern Laburista bena welfare state qawwi li jagħti serħan il-moħħ lil kulħadd, kontra għal dak li għamel il-Partit Nazzjonalista. Fosthom semma l-każ tal-mediċini ġeneriċi, fejn id-deputati tal-istess Partit Nazzjonalista spiċċaw iwaħħlu f’xulxin għat-taħwida sħiħa li ħolqu. Finalment, Abela semma wkoll l-investiment li sar fl-aħħar snin f’San Vinċenz de Paul u fl-IVF, li attwalment qed jara l-elf tarbija mwielda minn dan is-servizz.

Read the original release at one.com.mt/kaptan-li-kapaci-jmexxi-bhal-robert-abela-jo-etienne-abela-waqt-l-attivita-politika-tal-pl-fis-siggiewi/

SponsoredBrain.mt