NationalistHealth2026-05-01

National Health Park at Selmun with free worker health screening

PN proposes a National Health Park at Selmun, incorporating Fort Campbell, to serve as a centre for lifestyle, rehabilitation, and prevention, with an estimated investment of €20 million. The plan would also provide all workers in Malta with free regular physical and mental health screening.

70% positive10 reactions

Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jiżvela d-dettalji tal-Park Nazzjonali tas-Saħħa f’Selmun Fort Campbell jitgawda min-nies filwaqt li jintuża biex itaffi l-problemi tas-saħħa mentali Proposta ġdida: screening regolari b’xejn tas-saħħa fiżika u mentali għal kull ħaddiem Għandna viżjoni ġdida għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, mibnija fuq prevenzjoni, fuq stil ta’ ħajja aħjar u fuq riabilitazzjoni effettiva, u mhux biss fuq il-kura meta jista’ jkun tard wisq. U dan se nagħmluh f’ambjent naturali sabiħ li se jgħin aktar is-saħħa fiżika u mentali tan-nies. Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Selmun, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kompla jispjega l-proposta tal-PN għall-ħolqien ta’ Park Nazzjonali tas-Saħħa – Ċentru ta’ Lifestyle, Riabilitazzjoni u Prevenzjoni – li se jkun qed isir propju f’ Selmun, f’faċilità moderna u aċċessibbli għall-pubbliku. Dan se jkun qed iwaħħad is-saħħa mat-tgawdija tal-ambjent sabiħ u l-wirt storiku li għandna. Alex Borg spjega kif illum is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna hija prinċipalment reattiva, fejn ħafna nies jispiċċaw jidħlu għall-kura meta l-kundizzjoni tagħhom tkun diġà iggravat. Dan qed joħloq pressjoni kbira fuq l-isptarijiet, b’mod partikolari fuq l-Isptar Mater Dei, u jwassal għal sistema li mhix sostenibbli fit-tul. Huwa saħaq li Malta qed tiffaċċja realtajiet serji ta’ saħħa pubblika – fosthom livelli għoljin ta’ obeżità, żieda fid-dijabete, problemi tal-qalb u sfidi ta’ saħħa mentali – u li dawn jeħtieġu bidla fundamentali fil-mod kif naħsbu dwar is-saħħa. “Dan iċ-Ċentru hu proġett li bih se ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u li se jħeġġeġ lifestyle aħjar – stil ta’ ħajja aktar san. Ċentru li se jiffoka fuq is-saħħa mentali, il-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni,” sostna Alex Borg. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan il-proġett se jinkludi fih Fort Campbell li qiegħed fil-qrib u li se jkun park integrat. Dan se jiġi rrestawrat u se jkun miftuħ għall-pubbliku biex jitgawda minn kulħadd iżda se jkollu wkoll funzjoni li jtaffi l-problemi tas-saħħa mentali. Dan apparti li jkun jinkorpora park ekoloġiku, li jkun hemm aċċess ċar għat -trails ta’ madwar il-forti, li jkun hemm mobility areas u li jkollu interpretation centre li jirrakkonta l-istorja ta’ din il-Forti u jżomm ħajja l-identità tiegħu. Park olistiku li jista’ jitgawda minn kulħadd li jirrifletti l-viżjoni olisitika li għandu l-Partit Nazzjonalista għas-saħħa. Dan il-Park hu pass konkret lejn tisħiħ fis-saħħa, u se jinkludi fost l-oħrajn servizzi ta’ fiżjoterapija, idroterapija, riabilitazzjoni speċjalizzata, gym ta’ riabilitazzjoni, faċilitajiet għal pazjenti li jeħtieġu kura step-down , kif ukoll spazji miftuħa għall-pubbliku bħal walking trails, outdoor fitness zones u żoni ddedikati għas-saħħa mentali. Il-proġett se jkun jifforma parti minn netwerk nazzjonali tas-saħħa li jinkludi erba’ sptarijiet u servizzi fil-komunità, b’investiment stmat ta’ €20 miljun għal dan il-Park. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg dalgħodu ħabbar ukoll proposta ġdida li biha kull ħaddiem f’Malta se jkollu d-dritt għal screening regolari tas-saħħa fiżika u mentali tiegħu b’xejn. Permezz ta’ din il-miżura, il-Partit Nazzjonalista jrid isaħħaħ il-prevenzjoni, ittejjeb il-produttività u jiżgura kwalità ta’ ħajja aħjar għall-ħaddiema kollha. Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista għandu track record mill-aqwa fis-saħħa b’differenza mill-Partit Laburista li fil-gvern wera li mhux kompetenti meta ħalla lin-nies jistennew 13-il sena għal tliet sptarijiet li baqgħu ma waslu qatt. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista jrid verament jagħti Nifs Ġdid lis-saħħa ta’ kull Malti u Għawdxi. Indirizza wkoll din il-konferenza tal-aħbarijiet il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ray Gatt li qal li l-PN qed juri kif qed ikun proattiv fis-saħħa billi jinvesti aktar fil-prevenzjoni. Dan ifisser inqas piż fuq is-sistema taas-saħħa akuta. Hu spjega li dan il-Park irid jippromwovi aktar l- active living jiġifieri li ndaħħlu l-attività fiżika b’mod aktar naturali fil-ħajja tagħna biex inżommu aktar b’saħħitna kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Hu rrefera għal statistika li turi li wieħed minn kull 10 persuni f’Malta jbatu mid-dijabete li hija marda li spiss hi assoċjata ma’ obeżità u mat- thryoid . Dawn huma kundizzjonjiiet li jistgħu jibbenefikaw minn ħajja aktar attiva, u dan il-park se jgħin biex aktar nies jipprevjenu jew jikkontrollaw aħjar kundizzjonijiet bħal dawn. Il-Park Nazzjonali tas-Saħħa se jkun qed joffri mhux biss spazju li jħeġġeġ ħajja aħjar imma wkoll spazju sabiħ għal dawk kollha li jixtiequ jgawdu din iz-zona mill-isbaħ ta’ pajjiżna. Il-kandidata Norma Camilleri wkoll indirizzat din il-konferenza stampa u qalet li l-Partit Nazzjonalista qed jimxi lil hinn mill-kura biss u qed jiffoka aktar fuq il-prevenzjoni. “Din hi l-ewwel linja ta’ difiiza fis-saħħa, u meta ninvestu f’ħajja aktar sana u kura tas-saħħa mentali nkunu qed inaqqsu hafna mir-riskju ta’ ċertu mard”. Norma Camilleri qalet li mard ieħor li ma jistax jiġi evitat għandu bżonn dijanjożi bikrija u dan iċ-ċentru se jgħin anke f’dan. Hija qalet li l-proposta tal-PN ta’ screening regolari b’xejn fis-saħħa fiżika u mentali se jkollha impatt qawwi fuq in-nies. Dijanjożi bikrija tista’ ssalva l-ħajja tan-nies u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja. Hija qalet ukoll li l-ambjent sabiħ tas-sit għall-Park Nazzjonali tas-Saħħa żgur li se jkollu effett pożittiv u se jagħti riżultati aħjar fis-saħħa tan-nies. Hija sostniet li dan mhux biss investiment fl-infrastruttura imma fil-bniedem u fis-soċjetà, u fl-aħħar mill-aħħar anke fl-ekonomija. Ma rridux biss ngħixu aktar, imma rridu ngħixu ħajja aħjar. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li hu impenjat li jmexxi Gvern li jagħti prijorità kemm lis-saħħa tan-nies kif ukoll lill-ambjent li ngħixu fih. Hu saħaq li bħalma jrid jara li jħares is-saħħa billi jinvesti fil-prevenzjoni, irid ukoll iħares l-ambjent u l-wirt kulturali tagħna biex dan jitgawda minn kulħadd. 01.05.2026

Read the original release at pn.org.mt/park-nazzjonali-tas-sahha-li-jwahhad-is-sahha-mat-tgawdija-tal-ambjent-sabih-u-l-wirt-storiku-li-ghandna/

SponsoredBrain.mt