Full source text

Pulled verbatim from the party press release. Not edited.

Show full text
“Kull elezzjoni tibda xejn b’xejn …. aħna nibqgħu saqajna mal-art” il-PM “Kull elezzjoni tibda xejn b’xejn …. aħna nibqgħu saqajna mal-art.” Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela f’attività politika ‘Qalb in-Nies’ fil-Pieta. REKLAM SKROLLJA BIEX TKOMPLI Dr Abela tkellem kif Gvern Laburista kien ta’ tarka għall-Maltin u l-Għawdxin quddiem kriżijiet internazzjonali. Fosti il-proposti li tkellem dwarhom il-Prim Ministru kien hemm is-Super Bonus ta’ elf ewro, għotja li tingħata lil kull ħaddiem kull sena. Kien hawn li rrefera kif Gvern Laburista jemmen bis-sħiħ fi kwalità ta’ ħajja aħjar, fejn ikun hemm iktar ħin mal-familja. Dan anke permezz tal-proposti tal-Maternity Leave li se jiżdied bi 8 ġimgħat, filwaqt li Paternity leave se jirdoppja għal xahar. Huwa temm jisħaq li l-Partit Laburista qiegħed jaħdem ta’ kuljum biex iżomm saqajh mal-art u jindirizza l-ħtiġijiet tan-nies.

Read the original release at one.com.mt/kull-elezzjoni-tibda-xejn-bxejn-ahna-nibqghu-saqajna-mal-art-il-pm/

SponsoredBrain.mt